GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA
BANDA SAN MIKIEL
ŻABBAR - A.D. 1883
Attivitajiet tal-Ġimgħa l-Kbira
Il-Passjoni ta' Sidna Gesu' Kristu
Il-parteċipanti li jieħdu sehem f'din il-purċissjoni dejjem qed jiżdiedu minn sena għall-oħra. Fil-purċissjoni ta’ din is-sena għall-ewwel darba ser ikollna ż-żiemel bħala parti mill-pagaent. Ser inżidu karattri ġodda - Melkisedek u l-Imperatur Ċesari (koppja). Filwaqt li qed ninnutaw li l-interess min-nies biex ikunu parti mill-purċissjoni qiegħed minn sena għal sena jiżdied u dan jawgura tajjeb għal dan il-proġett li beda ħdax-il sena ilu, nixtiequ nħeġġu iktar Żabbarin u segwaċi ta’ din is-Soċjeta' biex jiġu jaraw din il-pageant mat-toroq Żabbarin.
Il-purċissjoni se tagħddi minn dawn it-toroq: Misraħ is-Sliem, Misraħ San Ġakbu, Triq ix-Xagħjra, Triq is-Santwarju (sa ħdejn il-Knisja), Pjazza Medjatriċi, Triq il-Kunvent u Triq il-Kbira sa Misraħ is-Sliem. Inħeġġu lir-residenti biex iżejnu l-faċċati u ma jipparkjawx f’dawn it-toroq. Grazzi tal-kooperazzjoni.
Wirja fix-Xelter
L-Għaqda tagħna tieħu ħsieb li, minbarra l-purċissjoni, narmaw wieħed mill-isbaħ xelters li nsibu ġol-Gżejjer Maltin u li hu tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dan jintrama b’diversi oġġetti u manikkini life-size, relatati mal-passjoni ta' Sidna Ġesu' Kristu. Dan ix-xelter jiġu jarawh ħafna nies, mhux biss biex jaraw kif inhu armat imma biex japprezzaw kemm hu maħdum tajjeb minkejja t-tbatija li għaddew minnha missirijietna.
Ix-Xelter se jkun miftuħ:
-
7 sa 12 ta’ April: mill-17:00 sa 21:30
-
8 u 9 ta' April: mid-9:00 sa 12:30 u mill-17:00 sa 21:30
-
Ħamis ix-Xirka: 17:00 sa 00:00
-
Ġimgħa Kbira u Sibt il-Għid: 9:00 sa 12:30