top of page
kalc.png
Writer's pictureZabbar.MT Team

FIL-MISRAĦ KIEN HEMM KAPPELLA DDEDIKATA LIL SAN ĠAKBU, IŻDA MHUX BISS

Il-Bini li kien hemm fil-pjazza milqut bil-gwerra

Pjazza San Ġakbu fl-imgħoddi kienet il-qalba ta’ Ħaż-Żabbar. F’din il-pjazza wieħed kien isib knisja medjavali ddedikata lil San Ġakbu, liema knisja għal snin twal kienet viċi parrokkjali taż-Żejtun.


Emanuel B. Vella, li ppubblika ktejjeb dwar Ħaż-Żabbar, kiteb li din il-pjazza kienet dak il-post fejn in-nies tar-raħal kienu jiltaqgħu.


Fl-1600 l-Isqof Gargallo rrapporta li quddiem il-knisja ta’ San Ġakbu kien hemm ukoll ċimiterju.

Pjanti ta' pjazza Pjazza Giacomo lura lejn l-aħħar tas-seklu 19

Iżda l-knisja ta’ San Ġakbu ma kinitx l-unika waħda f’din il-pjazza. Monsinjur Dusina fl-1575 fil-Vista Appostolika tiegħu rrapporta li man-naħa tax-xellug tal-bieb prinċipali tal-knisja ta’ San Ġakbu kont issib knisja ddedikata lil Sant'Agata. Mons. Dusina, minħabba l-istat ħażin tagħha, ordna li din il-knisja ta’ Sant'Agata tingħalaq u tiġġarraf, u l-pittura titulari tagħha tkun ittrasferita lejn il-knisja ta’ San Ġakbu. Liema deċiżjoni kienet baqgħet tkarkar għal snin twal sakemm il-Knisja ġġarrfet għal kollox kważi 200 sena wara.


Tul is-snin Pjazza San Ġakbu u Misraħ is-Sliem għaddew minn trasformazzjoni sħiħa, partikolarment wara l-Gwerra, fejn bosta bini spiċċa ġġarraf u għaldaqstant kien hemm tibdil infrastrutturali sħiħ fil-pjazza.


Ħajr: Michael Buhagiar

Recent Posts

See All

Comentarios


AQRA AKTAR ARTIKLI 
bottom of page