Għada l-Kumitat Ċentrali ser ikun qiegħed isejjaħ Laqgħa Ġenerali għas-Soċi fi ħdan l-Għaqda bi preparazzjoni għall-festa 2024. Il-laqgħa ser issir fi Studio 83 fl-10 ta’ filgħodu.
Matul il-laqgħa ser jiġi d-diskuss il-programm ta’ inizjattivi, attivitajiet u proġetti marbuta mal-festa ta’ din is-sena, hekk kif issa l-preparamenti jinsabu fl-aqwa tagħhom.
Apparti l-proċeduri li kull laqgħa ta’ din it-tip timxi magħhom, bħall-qari tar-rendikont finanzjarju u diskussjoni fuq il-ħidma tal-Kumitat u l-Kummissjonijiet b’mod ġenerali, il-President ser ikun qiegħed jagħti rendikont tax-xogħol u l-inizjattivi li qegħdin jittieħdu mill-Għaqda partikolarment proġetti kapitali li l-Għaqda bħalissa tinsab qed timplimenta u investimenti ġodda li l-Għaqda qed tħares li tinvesti fihom fil-futur qarib sabiex tkompli tissaħħaħ is-sostenibilità fl-operat.
Infakkru li kull membru preżenti jrid jkun aġġornat fil-menswalità kif jitlob l-istatut.
Comments