Il-Ħadd 4 t’Awwissu, il-Banda San Mikiel mill-ġdid qed tiġi mistiedna sabiex idoqq waqt il-festa ta' San Ġużepp fil-Qala. Wara waqfa ta’ xi snin, il-Banda qed tirritorna mill-ġdid sabiex iddoqq fil-marċ tal-Ħadd filgħodu.
F’Għawdex, il-Banda San Mikiel hija fost dawk il-baned Maltin li l-organizzaturi ta’ festi differenti minn madwar Għawdex ifittxu minn sena għal oħra sabiex jistiednu għal servizz ta’ waħda mill-akbar jiem fil-festa rispettiva. Fis-snin riċenti l-Banda daqqet fir-Rabat u x-Xewkija u din is-sena kien imiss lill-Qalin sabiex jitpaxxew bil-ħoss sabiħ tal-Banda San Mikiel.
Bosta huma dawk il-partitarji Żabbarin li mistennija jingħaqdu mal-banda għal dan is-servizz. Dawk interessati jistgħu wkoll jitilgħu bit-trasport apposta li qed jiġi organizzat u li wieħed jista' japplika għalih fuq 7932 2788
Din is-sena l-Banda San Mikiel ser tkun esegwixxiet 29 servizz fosthom 8 barra mil-lokal tagħna. Dan jixhed l-kwalità u r-reputazzjoni għolja li ġġorr magħha din il-banda, illum taħt id-direzzjoni ta’ Mro Matthew Grech.
Comments