Hekk kif ninsabu ftit jiem ‘il bogħod mill-festa t’Ommna tal-Grazzja u l-marċ il-kbir ta’ Jum il-Banda San Mikiel, bħalissa għaddejja ħidma intensiva bi preparazzjoni għal ċelebrazzjonijiet kbar li l-Għaqda u l-banda tagħna tant huma magħrufin għalihom.
Din is-sena bosta attivisti ħadmu tul dawn l-aħħar xhur sabiex jippreżentaw sensiela ta’ proġetti, inizjattivi u attivitajiet bl-għan li jkomplu jgħollu isem Ħaż-Żabbar, b’ċelebrazzjonijiet uniċi li Beltna u l-Għaqda tagħna magħrufa għalihom.
Illum fil-5.30pm l-Għaqda tniedi t-tema għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.
Comments