Fuq fomm bosta Żabbarin il-kunċert imtella' mill-Banda San Mikiel ta’ nhar il-Ġimgħa. Bosta kienu l-kummenti pożittivi u l-kliem ta’ tifħir għall-esekuzzjoni tal-Banda San Mikiel taħt id-direzzjoni ta’ Mro Matthew Grech li mill-ġdid uriet il-kobor tagħha bħala l-ewwel u l-ikbar Banda Żabbarija.
Dan il-kunċert jista jitgawda mill-ġdid illejla fid-9pm fuq TVMNews+ u għada fuq TVM fil-5pm.
Matul il-kunċert wieħed jista' jgawdi selezzjoni versatili ta’ mużika klassika, kontemporanja u anke moderna, imżewqa bl-innijiet tant għal qalb il-partitarji tal-Għaqda tagħna.
Fix-xandira wieħed jista' jerġa' jsegwi l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-faċċata tal-Għaqda u ż-żjara tal-President ta’ Malta l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono.
Comments