Illum ħafna Maltin u Għawdxin ħadu ġurnata ta’ mistrieħ hekk kif tradizzjonalment il-Festa ta’ Santa Marija f’nofs is-sajf iġġib magħha jiem ta’ waqfien mix-xogħol u impenji oħra.
Mhux l-istess kien il-jum għal bosta volontiera fi ħdan l-Għaqda tagħna li illum qattgħu l-ġurnata jippreparaw u jarmaw għall-festa ta’ Ħaż-Żabbar. Bħalissa x-xogħol tal-armar u xogħlijiet ta' preparamenti oħra jinsabu fl-aqwa tagħhom hekk kif ninsabu biss ftit jiem 'il bogħod mill-marċ il-kbir ta’ San Mikiel u xahar 'il bogħod mill-Festa tal-Madonna tal-Grazzja.
Il-ħidma mistennija tintensifika fil-ġranet li ġejjin b’aktar armar fit-toroq, uħud minnu armar ġdid li qed ikompli jlewwen lil Ħaż-Żabbar bil-kulur aħdar.
Sadanittant għada jingħata bidu għall-attivitajiet li jwittu t-triq għall-festa bil-Festa Launching fit-8pm f’Verde Club Lounge.
Comments