Fil-kappella ta’ Santa Marija fil-jiem li ġejjin tiġi ċċelebrata l-Festa Lituriġika tal-Verġni Mqaddsa Marija mtellgħa fis-sema. Festa żgħira organizzata miċ-Ċentru Santa Marija li huwa wieħed miċ-ċentri li nsibu fil-paroċċa ta’ Ħaż-Żabbar, li minkejja li hu wieħed żgħir, huwa ċentru attiv ħafna matul is-sena kollha.
Din is-sena jaħbat ukoll il-50 sena anniversarju tal-kwadru titulari li nsibu f’din il-kappella.
Grazzi għall-ħidma tal-voluntiera fi ħdan l-Għaqda tagħna, din is-sena Triq Santa Marija u Pjazza San Ġakbu ser jinxtegħlu b'dwal ġdid sabiex jitgawdew ukoll bħala parti mill-festa liturġika ta’ Santa Marija.
Marija mtellgħa s-sema bir-ruħ u bil-ġisem, hija l-Patruna prinċipali ta’ Malta.
コメント