top of page
kalc.png
Writer's pictureZabbar.MT Team

JORGE GRECH ELETT SINDKU MILL-ĠDID TA’ ĦAŻ-ŻABBAR

Ilbieraħ waranofsinhar sar l-għadd tal-voti għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar fejn matul sar l-għadd ta’ 15-il kandidat f’isem il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista li kkontestaw l-Elezzjoni ta’ nhar it-8 ta’ Ġunju.


L-għadd tal-voti, li ħa kemxejn aktar ħin minn dak previst, ikkonferma lil Jorge Grech bħala Sindku ta’ Ħaż-Żabbar bi 2,118 vot, segwit minn Marc Vella Bonnici bħala Viċi Sindku b’1,928 vot u Mark Greck li ġab 1,248 vot.


It-tliet kandidati l-aktar li ġabu voti ġew segwiti minn kandidati oħra, 5 tal-Partit Laburista u tlieta tal-Partit Nazzjonalista li ġew eletti fit-tmexxija tal-Kunsill Lokali Żabbari.


Ilkoll inħarsu ‘l quddiem lejn tmexxija denja u xierqa għas-snin li ġejjin li tirrispetta lil Beltna, lill-Għaqdiet u liż-Żabbarin infushom.

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 
bottom of page