top of page
kalc.png
Writer's pictureZabbar.MT Team

L-ANĠLU BL-ISTILLA X'JIRRAPPREŻENTA?

F'waħda mis-swali tal-Każin, wieħed isib anġlu li kien jintrama mal-planċier fl-imgħoddi. Anzjani jgħidu li sar mill-magħruf skultur Abram Gatt u l-ispejjeż tiegħu tħallsu mis-Sur Mizzi. Dan kien inħadem biex meta l-banda tagħmel kunċert mużikali fuq il-planċier, ikun jista’ jintrama fuq in-naħa tal-lemin tal-planċier. F’id waħda, l-anġlu għandu stilla, għax is-Soċjetà tagħna tħaddan is-simbolu tal-istilla u jista’ jkun li l-laqam tal-istilla ġej mill-istilla li għandu l-anġlu f’idu, filwaqt li fl-id l-oħra għandu gwarniċa għall-mużika għax fiha kienet titpoġġa l-mużika li tkun qed tiġi esegwita. Dan x’aktarx kien l-ewwel anġlu li deher f’okkażjonijiet bħal dawn. Iżżanżan għall-ewwel darba fl-1889 fuq il-planċier tal-banda San Mikiel, waqt kunċert mużikali li dak iż-żmien, kienu jiġbdu folol ta’ nies ta’ kull età. L-anġlu, li hu maħdum b’sengħa kbira, qiegħed fuq l-istess kolonna li nħadmet għalih. Riċentament, kien sar restawr tal-istilla u l-gwarniċa ħalli nkomplu ngħożżu dan il-patrimonju rikk ta’ missirijietna.


Recent Posts

See All

留言


AQRA AKTAR ARTIKLI 
bottom of page