top of page
kalc.png
Writer's pictureZabbar.MT Team

L-ARBLU L-KBIR – AKBAR MINN QATT QABEL

Għad-19-il sena konsekuttiva l-arblu l-kbir reġa' ħa postu fid-daħla ta’ Ħaż-Żabbar biex fuqu jittajru l-bnadar bil-lewn ħadran, il-kulur sinonimu mal-akbar banda Żabbarija.


Dan l-arblu kien sar għall-ewwel darba minn Kummissjoni Żgħażagħ Bajdisti lura fl-2005 meta dak iż-żmien bdiet tintrama għall-ewwel darba d-daħla ta’ Ħaż-Żabbar bil-kulur ħadrani. Fl-2022 l-arblu kien ittawwal għal 122 pied xogħol volontarju ta’ James Magro u l-familja tiegħu li fl-aħħar snin ħadu l-irwol li jieħdu ħsieb l-armar u l-manutenzjoni ta’ dan l-arblu u l-bnadar li jittellgħu fuqu.


Din is-sena ittieħdet ukoll deċiżjoni li l-arblu jinżamm f’postu f’xhur oħra matul is-sena partikolarment fi żmien il-Milied u l-Għid il-Kbir sabiex jintrama b’armar differenti skont l-okkażjoni.


Ftit tal-ġimgħat ilu, dan l-arblu tniżżel għall-manutenzjoni. Sar ukoll xogħol sabiex issa l-arblu ġie twil 155 pied u llum dan huwa l-itwal arblu li nsibu f’Ħaż-Żabbar. Ġiet imsaħħa l-istruttura sabiex tkun assigurata s-sigurtà.


Nieħdu l-okkażjoni sabiex nirringrazzjaw lil Anġlu Magro, James Magro, Anthony Magro, E&L Enterprises, Jason Magro, Malcolm Pullicino u l-voluntiera kollha tal-għajnuna tagħhom.

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 
bottom of page