Fis-Soċjetà tagħna, in-nisa kellhom u għad għandhom l-opportunità li jkunu mużiċisti.
Fl-1954 is-Soċjetà kellha lil Grace Barnett bħala l-ewwel bandista mara fi ħdanha u,
sa fejn hu magħruf uffiċjalment, il-Banda San Mikiel kienet l-ewwel Banda Maltija li
bdiet tilqa’ n-nisa fi ħdanha.
Hija kienet iddoqq l-euphonium. Damet iddoqq mal-Banda s’April tal-1956 peress li ma baqgħitx toqgħod pajjiżna. L-aħħar li ġiet iżżur pajjiżna, ġew magħha wkoll in-neputijiet tagħha fejn ilkoll flimkien daqqew mal-Banda San Mikiel.
Kien fihom għaxqa tarahom idoqqu lkoll strumenti differenti. Kienet xena li ma ninsieha qatt! Din turi ħaġa waħda li din is-Soċjetà hija inklussiva għax tilqa’ lil kulħadd u dejjem kienet katalista u l-ewwel f’ħafna oqsma, inkluż din imsemmija.
Comments