Nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Awwissu jibdew b’mod uffiċjali ċ-ċelebrazzjonijiet u l-attivitajiet bi preparazzjoni u b’rabta mal-festa ta’ din is-sena. ‘Festa Launching’ fejn matulha Marcus u DJ Shakin ser idoqqu wħud mill-aqwa marċi ta’ kull żmien flimkien ma’ mużika oħra.
Avveniment mistenni li ser jibda jagħti togħma tal-festa li bosta huma ħerqana li jibdew jiċċelebraw.
Din is-sena mistenni jirritorna wkoll Domnic Cini bil-kant tal-marċi fis-CD maħruġa mill-Kummissjoni Żgħażagħ Bajdisti
Id-dħul għal din l-attività huwa b’xejn għal kulħadd.
Fil-jiem li ġejjin ser jitħabbru wkoll numru ta’ attivitajiet u sorpriżi sbieħ li għandhom jagħmlu l-programm t’attivitajiet b’rabta mal-festa ta’ din is-sena wieħed mill-aqwa.
Comments