top of page
kalc.png
Writer's pictureZabbar.MT Team

Tinġabar is-somma ta’ €19,920 waqt il-Maratona Id f’Id


Ilbieraħ ġiet organizzata t-tieni edizzjoni tal-maratona ġbir ta’ fondi Id f’Id bi preparazzjoni għall-festa tal-Madonna tal-Grazzja li ilkoll qegħdin nistennew sabiex niċċelebraw mill-ġdid matul ix-xhur ta’ Awwissu u Settembru.

Ir-ritorn tal-festa u ċ-ċelebrazzjonijiet tagħha qegħdin iġibu magħhom bosta sfidi. Hija realtà li l-parteċipazzjoni fil-volontarjat qiegħda tonqos u l-prezzijiet tas-servizzi u l-materjal qiegħed ikompli jogħla.

Madanakollu l-Kumitat Ċentrali flimkien ma’ bosta membri u partitarji, qegħdin jaħdmu sabiex fil-ġimgħat li ġejjin jiġi imniedi programm estensiv ta’ attivitajiet u ċelebrazzjonijiet sbieħ kif jixraq. Dan biss jista’ jsir bl-għajnuna kollettiva ta’ kulħadd.

Ilbieraħ kien pass importanti ħafna sabiex il-festa ta’ din is-sena tiġi ċċelebrata sħiħa. Il-kontribut tal-partitarji kien wieħed inkoraġġanti ħafna u matul l-aħħar jiem inħolqot atmosfera sabiħa ta’ familja fejn kulħadd ipparteċipa u kkontribwixxa.

Fit-tieni edizzjoni tal-Maratona Id f’Id inġabret is-somma sabiħa ta’ €19,920. Minn fost dawk li attendew inġabret is-somma ta’ €13,420 filwaqt li s-Sur Duncan Agius f’isem Schneider Electric ta kontribuzzjoni ta’ €6,500 għall-proġetti speċjali marbuta mal-festa.

Minn hawn inħarsu ’l quddiem għal aktar ħidma sabiex inwettqu l-ħolm tagħna.

Grazzi lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom u nħeġġu lil kulħadd sabiex ikompli jgħin fl-organizzazzjoni tal-festa tant għażiża għalina.




Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 
bottom of page