Tul il-medda ta’ Triq is-Santwarju llum twaħħlu aktar minn 150 bandiera bi preparazzjoni għall-Marċ il-Kbir ta’ San Mikiel li din is-sena ser jiġi organizzat il-Ħadd 25 t’Awwissu 2024.
Fl-aħħar xhur numru ta’ partitarji, kienu qegħdin jaħdmu sabiex iħejju dawn il-bnadar biex ilibbsu libsa ħadra lil Triq is-Santwarju bi preparazzjoni għal dan il-marċ li għal dawn l-aħħar snin qiegħed ikompli jikber sena wara l-oħra.
Dan it-tiżjin għandu jikkumplimenta inizjattivi oħra li ser jittieħdu fil-jiem li ġejjin li għandhom jagħmlu dan il-marċ wieħed mill-akbar.
Grazzi għax-xogħol siewi li sar minn dawk li ħadmu fuq din l-inizjattiva.
Comments