top of page
kalc.png
Writer's pictureZabbar.MT Team

X’SAR MINNU SAN NIKOLA?

Sa ftit diċenji ilu n-niċċa sabiħa f’tarf Triq is-Santwarju kienet mogħnija bi statwa mill-isbaħ ta’ San Nikola ta’ Bari fejn il-figura ta’ San Nikola kienet akkumpanjata minn tifel iżomm tliet ħobżiet fuq tilar rettangolari.


Xi persuni, il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju 1991, niżżlu din l-istatwa min-niċċa sabiex tittieħed għar-restawr u minn dakinhar 'l hawn qatt ma rritornat lura. Għal xi żmien kien tpoġġa kwadru, iżda l-istatwa ma dehret qatt iktar.


Jidher li fl-imgħoddi l-parruċċani Żabbarin kellhom rabta partikolari ma’ San Nikola. Infatti fil-periferija ta’ Ħaż-Żabbar insibu Kappella ddedikata lil San Nikola. L-ewwel tagħrif dwar din il-Knisja nsibuh f’rapport tal-vista Pastorali li kien għamel fir-raħal l-Isqof Balaguer fis-sena 1659.


Fil-passat fil-Knisja Parrokjali kienet ukoll issir il-festa ta’ San Nikola fuq l-altar tal-Madonna tal-Katina fejn kienet ukoll tpoġġiet statwa tal-ġebel ta’ San Nikola li x’aktarx kienet inġiebet minn waħda miż-żewġ knejjes li kien hawn f’Ħaż-Żabbar. Fil-preżent din l-istatwa tinsab esebita fil-Mużew tas-Santwarju.



Fix-xhur riċenti studenti tal-MCAST fil-ħin allokat lilhom għall-prattika fuq il-konservazzjoni u restawr ħadmu sabiex irrestawraw in-niċċa li nsibu f’tarf Triq is-Santwarju.


Sors: Storja u Kultura Ħaż-Żabbar 2010

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 
bottom of page