Lejlet il-Marċ il-Kbir ta’ San Mikiel u ftit jiem ‘il bogħod mill-festa t’Ommna tal-Grazzja, il-kulur aħdar qiegħed jiddomina l-Belt Hompesch.
Mid-dħul ta’ Beltna, għall-pjazez prinċipali, Triq is-Santwarju u għadd ta’ toroq oħra, l-aħdar qiegħed jiddomina mhux biss fit-toroq iżda wkoll fuq id-djar u l-gallariji taż-Żabbarin.
Bl-impenn ta’ bosta din is-sena l-Għaqda qed tintroduċi numru ta’ palji ġodda li qed jittellgħu fi Triq il-Labour u l-pjazez ewlenin ta’ Ħaż-Żabbar; Misraħ is-Sliem u Misraħ San Ġakbu. Dan bħala parti minn sensiela ta’ inizjattivi u proġetti oħra li din is-sena qegħdin inniedu bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li lkoll qed niċċelebraw mill-qalb.
Intant bi ħġarna għada niltaqgħu fl-10.30am għall-marċ il-kbir ta’ San Mikiel fejn mijiet ta’ partitarji mistennija joħonqu t-toroq ta’ Belt Hompesch għal dak li llum sar magħruf bħala t-tieni ‘Te Deum’.
Comentários